Luqa St. Andrew's Football Club

Luqa St. Andrew's F.C. Youth Nursery

Il-Luqa St. Andrew's F.C. Youth Football Academy tigbor fiha tfal, kemm subien kif ukoll bniet, bejn l-eta' ta' 7 snin sa 17-il sena. It-taghlim isir minn coaches kwalifikati. Il-loghob isir fil-Ground tal-Iskola Primarja tal-Gvern fi Triq Sant'Andrija u fil-Sports Complex tal-klabb fi Triq Guzeppi Ellul.

 

 

 

 

 

 

Chairman - Joseph Grima

Segretarji - Joseph Grima/Godfrey Borg

Kaxxier - Nathanael Falzon

Membri - Alfred Cauchi, Alex Farrugia

Head Coach - Kenneth Costantino

Tistghu taghmlu kuntatt ma dawn il-persuni biex tiksbu kull informazzjoni dwar in-Nursery u kif tissiehbu fiha.

Joseph Grima:       Mob 7980 9443     jgsa30@gmail.com

Nathanael Falzon:   Mob 9947 2011

Godfrey Borg:       Mob 9986 8730

Kenneth Costantino:     Mob 79313333

email: luqastandrewsyouths@gmail.com

Storja tal-Luqa St. Andrew's Youth Football Academy

F’Hal Luqa ilna snin nesperjenzaw ghaqdiet fejn it-tfal tar-rahal jigu mharrga fil-loghba tal-ballun. Hafna jiftakru n-numru ta’ tfal li konna nitharrgu u nikkompetu f’diversi kompetizzjonijiet fi hdan l-Azzjoni Kattolika, immexxija b’tant dedikazzjoni minn Dun Guzepp Micallef fic-Centru tad-Dokkiena. F’dik id-daqsxejn ta’ ghalqa tharrgu mijiet ta’ tfal u minn hemm hargu numru sabih ta’ plejers li taw is-servizz taghhom lit-tim ta’ Luqa St. Andrew’s.

Fl-1988 kont gejt inkarigat mill-kumitat centrali biex nifforma sotto-kumitat bil-ghan li tigi mwaqqfa l-Luqa Youth Nursery fi hdan il-Youth F.A. Il-bidu ma kienx wiehed facli u l-kumitat tieghi hadem bla heda biex din in-Nursery titwaqqaf fuq sisien sodi. Kellna rispons tajjeb u taht il-gwida ta’ kowcis professjonali qbadna t-triq li nista’ nghid halliet hafna frott.

Mat-twaqqif tan-Nursery konna bdejna nuzaw il-facilitajiet gentilment offruti mill-Forzi Armati ta’ Malta. Kienu joffrulna servizz veru tajjeb però minhabba s-sigurtà kellna hafna limitazzjonijiet. Dan minbarra l-perikli li kellna naffaccjaw biex inwasslu u ngibu t-tfal lura mic-centru ta’ tahrig ghar-rahal. Wara staguni li tharrigna fil-grawnds tal-AFM gejna moghtija l-permess nuzaw il-facilitajiet tac-Centru Parrokkjali. Dan il-permess kien qed joffri lill-kumitat il-facilitajiet fejn jitharrgu t-tfal, id-dressing rooms u anke kamra ghall-kumitat minn fejn seta’ jamministra. Kienu facilitajiet limitati imma ferm apprezzati. Ic-Centru Parrokkjali jinsab fic-centru tar-rahal u allura naqas ferm il-periklu. Sfortunatament dawn il-facilitajiet spiccaw ukoll. Issa t-tfal taghna ghandhom facilitajiet sportivi ta’ livell gholi. Il-grawnd, b’turf sintetiku fl-iskola primarja u l-facilitajiet sportivi li jezistu fic-Centru Sportiv ta’ Luqa St. Andrew’s joffru lit-tfal taghna opportunità  ta’ tahrig fuq bazi professjonali. Il-kumitat habrieki li qed imexxi din in-Nursery huwa ferm impenjat li joffri l-aqwa lit-tfal fdati taht il-harsien taghhom. Hatar kowcis kwalifikati biex joffri tahrig professjonali u qed joffri dak kollu possibbli sabiex it-tfal ikomplu javanzaw fit-tahrig taghhom.

Matul dawn is-snin ta’ hidma t-tfal fi hdan in-Nursery esperjenzaw diversi attivitajiet sportivi u edukattivi. Kellhom diversi hargiet kulturali f’Malta u GHawdex. Uhud mit-tfal kellhom anke x-xorti li jsiefru mat-tim barra minn Malta. Waqt li qed nikteb niftakar b’nostalgija l-esperjenza li kelli flimkien mat-tfal, il-kowcis u ma’ shabi tal-kumitat meta zorna l-Libja. Kienet l-ewwel esperjenza ghal tim tan-Nursery barra minn xtutna. Kellhom tahrig fil-Belt ta’ Zaiwa u anke laghab diversi loghbiet kontra tims ta’ din il-belt. Waqt din iz-zjara t-tfal kellhom diveri hargiet kulturali u edukattivi fi Tripoli u postijiet ohra ta’ interess.

Mawra ohra nteressanti kienet dik fir-Renju Unit. Numru ta’ tfal kellhom ix-xorti jitilgHu l-Ingilterra u ghadhom jiftakru din l-esperjenza fejn anke hawnhekk kellhom tahrig professjonali barra xi loghbiet ta’ hbiberija kontra zghazagh tal-lokal.

Numru ta’ tfal oHra fi hdan il-Luqa Youth Nursery flimkien mal-kowcis u membri tal-kumitat ivvjaggaw lejn Sqallija fejn hadu sehem f’sessjonijiet ta’ tahrig u laghbu xi loghbiet kontra avversarji tal-lokal.

L-ahhar vjagg barra minn Malta li formazzjoni tal-Luqa Youth Nursery kella kienet il-mawra fil-Polonja. Kien training camp intensiv. Barra t-tahrig u xi loghbiet ta’ hbiberija kontra tims tal-lokal, it-tfal flimkien mal-kowcis u xi membri tal-kumitat kellhom diversi zjarat edukattivi fil-Polonja.

 

Ma’ dawn iz-zjarat li t-tims tan-Nursery kellhom barra minn Malta tajjeb insemmu wkoll is-sehem tat-tim fl-ewwel tournament internazzjonali li l-kumitat tan-Nursery organizza f’Hal Luqa fl-1990. Hadu sehem tim mil-Libja, tim mir-Renju Unit, tim minn Ghawdex u tim mil-Luqa Youth Nursery.

Mill-istagun 2015/16 saret il-bidla fl-istruttura teknika tal-klabb fejn wkoll min-Youth Nursery bidlet mhux biss l-isem ghall-Youth Academy imma dahlu fis-sehh prattici godda biex ikun imtejjeb il-livell ta' coaching u organizzazjoni ahjar fil-qasam tat-taghlim tal-football lit-tfal u z-zghazagh.

Tony Fenech