Luqa St. Andrew's Football Club

Storja

LUQA ST.ANDREW’S FOOTBALL CLUB

Jekk wiehed jara l-istorja ta’ Luqa St. Andrew’s jinduna li matul dawn l-ahhar 75 sena ghadda minn mumenti ta’ glorja, mumenti felici u mumenti difficli.


It-tim ta’ St. Andrew’s, ghax dak kien l-isem originali tal-klabb, gie ffurmat u beda jiehu sehem f’kompetizzjonijiet  ufficcjali fl-1934.  Kien proprju fil-21 ta’ Ottubru, 1934 fl-loghba kontra t-tim ta’ St. George’s.  Kien tim iffurmat il-bicca l-kbira minn principjanti però xorta ghamel debutt felici ghax hareg rebbieh b’zewg gowls ghal xejn.  Baqà jikkompeti b’mod regolari sakemm faqqet l-Gwerra u t-tim sfaxxa u kien biss fl-1942 li beda jergà jiehu l-hajja.

 

Fl-1942 is-Sur Alex Serge ddecieda li jifforma mill-gdid it-tim tar-rahal.  Xtara sett flokkijiet u ballun minghand ufficjal mas-servizzi Inglizi u flimkien mà tfal Halluqin  kienu jisfidaw l-attakki tal-Germanizi u t-Taljani u kienu jilghabu fil-pjazez u t-toroq imfarrkin ta’ Hal Luqa.  It-tim semmewh Little St. Andrew’s.  Is-Sur Serge hadem bla heda ghal-klabb tas-Saints.  Hu kien il-President tal-Kazin tal-Banda Sant’Andrija u peress li l-klabb tal-futbol ma kellux kazin offra li jintuza notice-board fil-kazin tal-Banda ghall-uzu taghhom.

 

L-istagun 1948/1949 huwa meqjus bhala l-istagun tad-deheb ghas-Saints.  Ghamlu d-debutt taghhom fl-Ewwel Divizjoni fl-loghba kontra t-tim ta’ Hibernians.  Damu tlett staguni jilghabu fl-Ewwel Divizjoni biex f’April 1950 St. Andrew’s rebhu s-Scicluna Cup meta ghelbu lill-Hibernians fil-finali. Tliet loghbiet li wiehed jista jsemmi li fihom it-tim ta’ St. Andrew’s ghamel isem fix-xena lokali huma dawk kontra t-tim tal-Valletta, li nlaghbet il-Hadd 4 ta’ April, 1949 fejn spiccat b’rebha ghas-Saints bl-iskor (2-1) biz-zewg gowls ghal Hal Luqa jigu minn Gejtu Psaila “il-Hacca”,. Is-Sur Carmel Baldacchino fl-artikolu tieghu bl-isem Shadows from the past fil-gazzetta lokali ‘The Times” taht it-titolu One of the greatest Games kiteb hekk: Valletta F.C. are now the undisputed Kings of Maltese Football. On the other hand Luqa St. Andrew’s are a humble Third Division Club. Yet once upon a time things were very different.  The citizens needed a victory to win a place in the prestigious Cassar Cup competition while St. Andrew’s needed a victory to escape relegation.  The City fans, however, considered this game as nothing  than a formality.  After all, Valletta had already beaten St. Andrew’s (4-0) in the first round.  In football, however, nothing is certain.  The Saints shrugged off their inferiority complex and went into the game as if their very lives depended on it.  (Carmel Baldacchino – Shadow from the past – The Times April 16, 1998).

 

L-istagun 1949/1950 jibqà mfakkar ghal rebh ta’ l-ikbar unur li qatt rebah it-tim ta’ St. Andrew’s, ix-Scicluna Cup.  Hal Luqa kienu fi grupp B ma’ Birkirkara, St. George’s u Hibernians.  Birkirkara tilfu l-konfront taghhom ma Hibernians filwaqt li St. Andrew’s ghelbu l-isfida kontra St. George’s bl-iskor ta’ (2-1) biz-zewg gowls jigu minn Psaila.  Parti mir-rapport mill-gazzetta Times of Malta bit-titolu Luqa Grim Defence Carried the Day kien jghid…… It should have been the other way, well the other way in the semi final of section B of the clubs’ benefit competition between St. Andrew’s and St. George’s yesterday.  St. Andrew’s won by the odd goal in three and will now meet Hibernians in the final.  Thanks are due to the way their defence stood up in a gruelling time in the second period.  St George’s unleashed a veritable bombardment to get the second equalizer and it was due to Spiteri in goal, plus a rock – like defence in front of him that the Luqa forth did not succumb. (Times of Malta, April 10, 1950).

 

Waslet il-finali kontra t-tim tal-Hibs u t-tim ta’ Hal Luqa rebah dan il-konfront bl-iskor ta’ (3-2). Skorjaw ghall-Hal Luqa Formosa, Sammut u Calleja. Hibs Pipped At The Post by St. Andrew’s kien it-titolu tar-rapport mit-Times of Malta. Parti minn dan ir-rapport kien jghid hekk: A last minute goal snatched from underneath the Hibernians keeper by Calleja and entirely the run of play gave St. Andrew’s the verdict of a hard fought tussle in which the victors were fighting an uphill battle. (Times of Malta, April 24, 1950).

 

Plejers li ghamlu isem f’dan il-perjodu li libsu l-flokk ahmar u iswed ta’ St. Andrew’s u li kellhom ix-xorti jilbsu u jilghabu mat-tim Nazzjonali Malti kienu Emanuele (Budgy) Dowling, Salvinu Schembri u Piju Camilleri, Dowling kien irregistra mas-Saints fl-1949 filwaqt li Salvinu Schembri rregistra mal-klabb ftit wara. Schembri jista jigi meqjus bhala wiehed mill-aqwa plejers li qatt ipproduca l-futbol Malti. Fl-era aktar recenti insibu zewg plejers Halluqin li wkoll kellhom ix-xorti jilghabu fit-tim nazzjonali Malti. George Ciantar,

 prodott tal-Luqa Youth Centre taht Dun Guzepp Micallef u Kenneth Scicluna prodott tal-Luqa Youth Nursery wara li taw servizz lill-klabb komplew javanzaw bil-lahqu l-quccata taghhom mat-tim Nazzjonali.

 

 

Hekk ghaddew is-snin u l-klabb ta’ St. Andrew’s baqa attiv fi hdan l-M.F.A. Wara gie relegat ghat-Tieni Divizjoni u mmedjatament wara ghat-Tielet Divizjoni fejn ghamel snin twal.  Kien fl-istagun 1972/1973 li regà gie promoss ghat-Tieni Divizjoni fejn dam sena wahda.  Però mbaghad fl-istagun 1974/1975 St. Andrew’s saru Champions tat-Tielet Divizjoni ghall-ewwel darba.  Saru festi kbar sew fil-grawnd u anke fit-toroq ta’ Hal Luqa bis-sehem tal-banda. Jekk is-Sur Serge kien President fi zmien bikri tal-klabb ta’ St. Andrew’s nazzarda nghid li l-bniedem l-aktar maghruf fil-kariga ta’ President kien is-Sur Andre Sammut, Halluqi, bniedem ta’ statura kbira mexxej sincier u ghaqli. Taht il-presidenza tas-Sur Andre, kif kien maghruf ma’ kulhadd, il-klabb ta’ St.Andrew’s akkwista l-kazin prezenti fi Triq il-Gdida. Kellu mumenti felici u ohrajn xejn felici, pero bl-ghaqal tieghu dejjem gharaf johrog lill-klabb minn hafna problemi. Is-Sur Andre kellu x-xorti jara lit-tim li tant habb jirbah ic-Championship tat-Tielet Divizjoni proprju sena qabel miet. Is-Sur Sammut miet fil-kazin, li   tant hadem ghalih f’April, 1976.

It-tim rega gie relegat biex fl-istagun 1976/1977 regà sofra relegazzjoni ohra, din id-darba, ghar-Rabà Divizjoni.  Hawnhekk is-Saints kaxxru kollox ghax rebhu l-kampjonat u anke n-Knock-Out. 

Komplew ghaddejjin is-snin sakemm fl-istagun 1984/1985 it-tim tas-Saints ghamel dan l-istagun wiehed memorabbli  ghal-Luqa St. Andrew’s.  Kien stagun mimli successi ghax  rebah ic-Championship tat-Tielet Divizjoni u anke n-Knock-Out fejn tilef partita wahda biss tul l-istagun kollu. 

 

Sfortunatament dam sena wahda biss fit-Tieni Divizjoni ghax regà gie relegat biex kompla jikkompeti fit-Tielet Divizjoni. Bejn l-1988 u l-1993 laghab fit-Tieni Divizjoni biex imbaghad kellu jistenna sas-sena 2000 biex regà sab postu fit-Tieni Divizjoni fejn dam tlett staguni. 

Tajjeb wiehed isemmi l-Luqa Youth Nursery fi hdan il-Luqa St. Andrew’s FC.  

Twaqqfet fl-1988 u minn din in-Nursery hargu plejers bhal Kenneth Scicluna li ghamlu isem fix-xena lokali tal-futbol Malti tant li laghab man-nazzjonal u anke plejers li taw u li qed jaghtu servizz lill-klabb ta’ Luqa St. Andrew’s. In-Nursery hadet spinta gdida meta sar pitch sintetiku fl-iskola primarja u l-klabb inghata permess li jaghmel uzu minnu. Dan kien ta vantagg ghax kien fil-qalba tar-rahal. Aktar tard komplew tjiebu l-facilitajiet bil-holqien tal-iSports Complex li wkoll inghata mill-Gvern Centrali lill-klabb biex jamministrah u jintuza ghat-taghlim tal-loghba tal-futbol.

 

Fl-istagun 2010/2011 is-Saints kellhom wirjiet tajbin u taht it-tmexxija tal-Halluqi u ex-plejer tal-klabb Oliver Cutajar irnexxielhom jiksbu l-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni. Minbarra dan is-success il-plejer Halluqi Lee Baldacchino rebah l-unur bhala l-Ahjar Plejer tat-Tielet Divizjoni  2010/2011 kemm fl-unur tal-MFA kif ukoll tal-Malta Football Awards ipprezentat minn TVM.

 

Nathanael Falzon

Luqa St.Andrew’s F.C

Unuri miksuba mill-Luqa St. Andrew's F.C.

(maghrufa bhala St. Andrew's F.C. sal-istagun 1982-83)

 

1946-47     Rebbieha tan-Knockout tat-II Divizjoni

1947-48     Champions tat-II Divizjoni

1949-50     Rebbieha tax-Scicluna Cup Sezzjoni B l Divizjoni

1958-59     Rebbieha tan-Knockout tat-III Divizjoni

1969-70     John Cachia ivvutat l-Ahjar Player - III Divizjoni

1970-71     George Ciantar ivvutat l-Ahjar Player - III Divizjoni

1974-75     Champions tat-III Divizjoni

1977-78     Champions tat-IV Divizjoni, Rebbieha tan-Knockout Competition,

                 Rebbieha tan-Knockout Competition II u III Divizjoni

                 Frans Scicluna ivvutat l-Ahjar Player - IV Divizjoni

1984-85     Champions tat-III Divizjoni, Rebbieha tan-Knockout Competition II u III Divizjoni

1987-88     Champions tat-III Divizjoni

1996-97     Noel Farrugia ivvutat l-Ahjar Player - III Divizjoni

2009-10    Malcolm Tirchett ivvutat l-Ahjar Player u top scorer - III Divizjoni 

2010-11     Lee Baldacchino ivvutat l-Ahjar Player - III Divizjoni 

Note: Promozzjonijiet miksuba mhux bhala champions mhux inkluzi.