Luqa St. Andrew's Football Club

Storja tal-Arma tal-Klabb

Harsa lejn armi li dehru fuq il-flokk tas-Saints matul is-snin

 Matul l-istorja tal-klabb diversi kienu l-verzjonijiet tal-arma li ntuzaw fuq il-flokk tal-players. Jidher li l-ewwel arma li dehret fuq il-flokk tas-Saints kien fl-1938/39 fejn fuq il-flokk tal-goalkeeper jidher is-salib ta’ Sant’Andrija f’cirku tond filwaqt li fuq il-flokkijiet tal-players ma kien hemm xejn. Aktar tard, tidher arma fil-forma ta’ tarka bl-ittri SAL fuqha. Dawn kienu jfissru St. Andrew’s Luqa. 

Wara l-gwerra fl-1946 fuq il-flokk dehret arma gdida wkoll fuq tarka li fuqha kien hemm faxxa mgenba u l-ittri F u C fuq kull naha tat-tarka. Mir-ritratti ma jidhirx li hemm xi haga miktuba fuq il-faxxa imma jista’ kien il-kaz li kien hemm il-kelma St. Andrew’s fuqha u l-ittri F u C jindikaw Football Club

Fl-istagun 1947/48 l-arma fuq il-flokk kibret fid-daqs u regghet kienet fil-forma ta’ tarka bl-ittri SAL. Dan il-flokk kien ukoll milbus meta l-Luqa St. Andrew’s rebhu x-Scicluna Cup kontra l-Hibernians fl-1949/50. Mir-ritratti tat-timijiet li hemm fl-arkivju tal-klabb jidher li kien hemm perjodu fejn fuq il-flokk tas-Saints ma kienx hemm arma.

 Fil-fatt kien fl-istagun 1974/75 li rega’ kien hemm arma fuq il-flokk u din id-darba kienet forma rettangolari bis-salib ta’ Sant’Andrija. Dan il-flokk baqa jintuza ghal xi staguni izda wara ftit rega kien hemm perjodu fejn l-arma sparixxiet minn fuq il-flokkijiet tal-players.

Ir-ritorn tal-arma fuq il-flokkijiet sehh fl-1996 waqt il-finali tan-Knock Out 2nd u 3rd Division ta’ dik is-sena li kienet intlaghbet Ta’ Qali. Minn dak l-istagun din l-arma baqghet tintuza fuq il-flokkijiet ghalkemm kien hemm ukoll xi snin li fihom kienet nieqsa wkoll. Mill-istagun 2000-01 sal-lum l-arma sabet postha b’mod permanenti fuq il-flokkijiet kollha li kellu t-tim.                                                                

 

It-tim li ha sehem fil-Finali Knock Out 2nd u 3rd Division 1996/97 f'Ta' Qali meta dehret ghall-ewwel darba l-arma prezenti fuq il-flokk tas-Saints

 

Harsa lejn l-istorja tal-arma prezenti

Kien fl-istagun 1984/85 li l-kumitat iddelega lil Tony Fenech u lil Freddie Farrugia, li dak iz-zmien kienu l-President u l-Kaxxier rispettivament, biex jahdmu fuq disinn gdid ghal-arma li kellu jinkludi l-isem gdid tal-klabb u s-sena li fiha s-Saints bdew jikkompetu fl-MFA, jigifieri fl-1934. Dan gara billi l-arma originali, li dak iz-zmien kienet tintuza fuq l-ittri ufficjali tal-klabb, kienet iggib id-data 1896.

 

Din kienet zbaljata ghax it-tim bl-isem ta’ St. Andrew’s li kien jikkompeti dak iz-zmien (1896) kien fil-fatt St. Andrew’s ta’ Bormla. Barra minhekk fl-1983 l-MFA iddecidiet li taghti l-isem ta’ St.Andrew’s lit-tim ta’ Luxol billi l-bazi tieghu hi f’St. Andrews (Swieqi). Fuq insistenza tal-kumitat Halluqi l-MFA accettat li Hal Luqa tibqa zzomm l-isem tal-Patrun taghna Sant’Andrija u ghalhekk accettat il-proposta tal-kumitat li t-tim jibda jkun maghruf bhala Luqa St. Andrew’s Football Club.

Alfred Farrugia ghamel id-disinn kemm tal-arma tas-Saints kif ukoll dik tal-Luqa Young Stars li matul dawk is-snin kienu jaghmlu uzu mill-facilitajiet tal-klabb. Din l-arma l-gdida giet mzazzna fil-ktieb li gie ppubblikat biex ifakkar il-50 Anniversarju tal-klabb u ghar-rebh tal-kampjonat 1984/85.

Fl-ewwel verzjoni li saret minn Farrugia d-data kienet tal-istagun 1934/35 izda aktar tard bdiet tidher biss is-sena 1934. Ta' min jghid li waqt ic-celebrazzjonijiet li saru ghar-rebh tal-Kampjonat Tielet Divizjoni u n-Knock Out ghall-istagun 1984/85, din l-arma kienet stampata fuq numru ta' flokkijiet li ntlibsu minn membri tal-kumitat u xi partitarji. Din l-arma l-gdida dehret ghall-ewwel darba fuq il-flokk tas-Saints fil-Final tan-Knock Out ghat-Tieni u t-Tielet Divizjoni kontra Siggiewi li kienet intlaghbet fl-iStadium Nazzjonali f'Ta' Qali fl-1996/97. Fl-istagun 1999/2000 kienet ukoll saret bandiera b'din l-arma fuqha.

 

L-ahhar aggornament tal-arma tal-klabb

B'harsa lejn il-futur f'Novembru 2011il-klabb iddecieda li jaggorna l-arma tieghu biex tkun aktar adattata maz-zmien. It-tibdil hu wiehed kozmetiku fejn sar irfinar tat-tarka li fuqha tidher l-arma filwaqt li nbidlet it-tipa tal-kliem ghal wahda aktar moderna u qawwija. Fuq barra tal-arma l-kulur safrani sar ftit aktar skur filwaqt li l-faxxa tan-nofs hi tal-istess kulur izda aktar car.

 L-artist maghruf Richard J. Caruana, li ddisinja numru kbir ta' bolol ghall-Posta ta' Malta u li hu maghruf sew fil-qasam tal-avjazzjoni ghat-tpingijiet tieghu ta' kull tip ta' ajruplani, gie nkarigat biex jaghmel l-amendi mehtiega. Dan ix-xoghol sar kollu b’xejn. Din l-arma l-gdida dehret ghall-ewwel darba fuq il-programm tal-loghba tat-Tielet Rawnd tal-FA Trophy kontra Floriana F.C. li l-klabb ippubblika fit-18 ta' Dicembru 2011.  

 

Joseph Grima