Luqa St. Andrew's Football Club

Konfronti Kontra Floriana

Minn Tony Fenech


Kontra Floriana F.C. jew timijiet ohra mill-Floriana, is-Saints kellhom diversi partiti fl-ewwel snin tal-e\istenza taghhom. Jekk wiehed ihares lejn ir-rizultati miksuba, wiehed jara li l-ahjar loghob is-Saints kienu juruh proprju kontra Floriana. L-ewwel loghba kompetittiva sehhet fl-istagun1934/35 fit-Tielet Divizjoni Sezzjoni A meta St. Andrew's F.C. laghbu kontra Floriana Tigers III li ntemmet fi draw ta' 0-0.

 
 - Id-difiza tal-Halluqin laghbet tajjeb tassew filwaqt li l-goalkeeper salva hafna blalen perikoluzi, fosthom penalty. Is-Saints kellhom fejn jirbhu ghax fallew penalty.
 
Fl-istagun ta' wara, jigifieri 1935/36, is-Saints regghu laghbu fl-istess Divizjoni u kellhom loghba ohra tajba kontra Floriana Tigers III. Din id-darba l-loghba spiccat fi draw ta' 2-2 però St. Andrew's tilfu l-punti wara li t-tim hareg mill-grawnd bi protesta.


 -  L-ahhar loghba kontra t-tim tat-Tigers kellha tiddeciedi r-rebbieh tas-sezzjoni. Filwaqt li ghat-Tigers kien bizzejjed punt (kienu ghadhom lanqas biss qalghu gowl f-erba' loghbiet). Is-Saints riedu rebha biex jghadduhom. It-tim Halluqi skorja fil-bidu tal-partita. It-Tigers gabu d-draw minn penalty. Qabel il-half time il-Halluqin regghu skorjaw permezz ta' Cassar. Fit-tieni taqsima t-Tigers gabu d-draw, imbaghad ir-referee tahom penalty. Dan gab protesti kbar u s-supporters Halluqin ghamlu storbju kbir u t-tim Halluqi hareg mill-grawnd. M'hemmx ghalfejn nghidu li l-punti tal-partita haduhom it-Tigers.
 
Ghaddew is-snin u fl-istagun 1944/45 St. Andrew's F.C. regghu laghbu kontra t-tim ta' Floriana Tigers. L-ghoxrin tim li kienu fit-Tieni Divizjoni fl-istagun 1944/45 tqassmu f'erba sezzjonijiet. Is-St. Andrew's F.C. rebhu Sezzjoni A b'rebhet kontra Sliema Amateurs, Lija Athletics u r-Rainbows, gew draw mal-Melita. Fil-loghbiet ta' bejn ir-rebbieha tas-sezzjonijiet it-tim tas-Saints tilef 0-1 ma' Floriana Tigers.
 
Fl-istagun 1946/47 is-Saints laghbu fit-Tieni Divizjoni Sezzjoni A. Kellhom stagun hazin hafna ghax matulu rebhu loghba wahda biss kontra Vittoriosa Stars, gew draw fi tliet okkazzjonijiet u tilfu l-kumplament tal-loghob fosthom dik kontra Floriana II bl-iskor ta' 1-2.

L-istagun 1947/48 intemm bir-rebh tac-Championship tat-Tieni Divizjoni b'rebha ta’ 4-1 fuq Sliema Wanderers II.  L-uniku telfa li t-tim tas-Saints soffra tul dan l-istagun kienet dik kontra Floriana II bl-iskor ta' 2-3.
 
Minn hemm bdew it-tliet snin ta' glorja ghal St. Andrew's F.C. Issa kienu qed jilghabu fl-Ewwel Divizjoni tal-kampjonat Malti.
 
Fl-istagun 1948/49 St. Andrew's F.C. laghbu kontra Floriana F.C. u tilfu bl-iskor ta' 0-1 fl-ewwel rawnd u regghu tilfu maghhom fit-tieni rawnd b'gowl uniku skorjat minn penalty. Il-kummenti tal-gazzetti dak iz-zmien kienu:

 


 - Is-Saints urew heffa fuq il-ballun u sahha fid-difiza (b'referneza ghal loghba ta' l-ewwel rawnd) u ...ghamel wirja tassew tajba u cahhad lill-Furjanizi aktar minn gowl wiehed b'laqghat tassew kbar (kien qed jirreferi ghall-goalkeeper Degiorgio fid-debutt tieghu fl-Ewwel Divizjoni fit-tieni rawnd. Ara ritratt taht).

 

Fil-kompetizzjoni tan-Knock-Out, St. Andrew's F.C. rebhu lit-tim ta' Birkirkara u tar-Rabat biex fis-semi finali tilfu kontra Floriana bi skor ta' 1-8 b'din tkun l-akbar telfa tas-Saints kontra Floriana.
 
Fl-istagun 1949/50 t-tim tas-Saints zamm postu fl-Ewwel Divizjoni meta spicca fil-post ta' qabel tal-ahhar b'sitt punti daqs Hibernians li wkoll spiccaw b'sitt punti. Matul dan l-istagun St. Andrew's F.C. tilfu 0-2 kontra Floriana F.C. fl-ewwel rawnd però akkwistaw draw ta' 1-1 fit-tieni rawnd. Dan kien l-uniku draw li kisbu Floriana fir-rebh taghhom tal-kampjonat dak l-istagun!

 
It-tielet u l-ahhar stagun fl-Ewwel Divi\joni ma kienx wiehed tajjeb fejn is-Saints tilfu l-loghob kollu u akkwista draw wiehed biss kontra t-tim ta' Floriana F.C. fl-ewwel rawnd bl-iskor ta' 0-0. Fit-tieni rawnd Floriana, li spiccaw Champions tal-Ewwel Divizjoni, rebah kontra t-tim tas-Saints bl-iskor ta' 1-5. Il-gowl Halluqi jigi minn Scifo.


Biex nuru kemm kienu jqumu g]all-okkazzjoni s-Saints kontra l-qawwa ta' Floriana F.C. ser nikkwotaw kitba tas-Sur Remig Sacco li dehret f'l-orizzont tas-26 ta' Gunju 1964:
 
 -  Fit-tliet staguni li St. Andrew's F.C. ghamlu fl-ewwel divizjoni, mill-1948/49 sal-1951/52, huma kienu t-terrur tat-tim Furjaniz. Dan jidher iktar fl-aqwa tieghu, meta wiehed iqis li t-tim ta' Hal Luqa kien ikun qieghed jiggieled kontra r-relegation filwaqt li Floriana kienu jkunu qeghdin jiggieldu ghac-Championship. Floriana kienu jkunu ghelbu diga' timijiet kbar bhas-Sliema, Valletta u Hamrun. Taraha tkun waslitilhom il-loghba tal-kampjonat kontra St. Andrew's u Malta kollha kienet tibda tbassar li Floriana sejrin jitilfu punt jekk mhux ukoll jiehdu telfa.

Kulhadd jiftakar dawk il-loghbiet bejn Floriana u St. Andrew's, loghbiet li kienu spiccaw 1-1 u 0-0 ukoll meta Floriana rnexxielhom jirbhu biss 1-0 minn penalty ghal hands tal-full back Pio Camilleri. Dan tal-ahhar kien wiehed mill-ahjar difensuri li kellna dak iz-zmien u wara kien mar mal-Hamrun Spartans qabel emigra ghal Amerika.
 
Biex wiehed ikollu idea ta' kemm kien ikun ta' taqtiegh il-qalb ghal Floriana l-punt mitluf kontra St. Andrew's infakkru li Floriana kienu rebhu c-Championship fl-1949/50, 1950/51, 1951/52 u 1952/53. Dawk kienu snin ta' glorja ghas-St. Andrew's u naturalment maghhom trid izzid dak l-istagun 1947/48 meta kienu hadu c-Championship tat-Tieni Divizjoni.

 

Ix-xorti fil-polza tal-FA Trophy fl-istagun 2011/12 rega' laqqa lit-tim Halluqi, tim tat-Tieni Divizjoni kontra Floriana  F.C., holder tat-Trophy u tim tal-Premier. Dan kien possibbli wara li l-MFA ghamlet tibdil fil-format ta' din il-kompetizzjoni fl-istagun 2011/12. Ghal din l-okkazzjoni gie ippubblikat Matchday Programme mill-klabb bhala tifkira.