Luqa St. Andrew's Football Club

Joe Penza 1950 - 2005

Joe Penza twieled Hal Luqa fil-5 ta’ Dicembru.1950.  Kien iben Francesco u Josephine li kellhom tliet ulied ohra: Rita (llum mejta), Carmelo u Miriam.

Joe rcieva l-edukazzjoni tieghu fl-Iskola Primarja ta’ Hal Luqa u l-edukazzjoni f’livell sekondarju fil-Kullegg De La Salle fil-Birgu. L-ewwel impjieg tieghu kien fil-kostruzzjoni ma’ missieru Francesco. Wara dahal jahdem fis-servizz pubbliku u hadem ghal tlieta u ghoxrin sena mad-Dipartiment tax-Xogholijiet Pubblici.

Joe Penza dejjem kien attiv fil-qasam socjali fir-rahal ta’ Hal Luqa. Hu kien gie ellett u serva bhala kunsillier fil-Kunsill Lokali ghal numru ta’ snin fejn f’sentejn minnhom kien elett u hadem bis-shih bhala Vici-Sindku ta’ Hal Luqa.

Il-kazin ta’ Luqa St. Andrew's F.C. kien ferm ghal qalb Joe. Hadem bla heda biex jara t-tim tas-Saints jikber. Ma kienx xi wiehed iffissat fil-loghba tal-futbal izda ghal xi snin laghab bhala goalkeeper mat-tim ta’ Gudja United. Joe jibqa mfakkar fil-kazin ghas-sehem attiv tieghu tul is-snin li hadem sew meta kien membru tal-kumitat u anke meta ma kienx. Flimkien ma' huh Carmelo ta sehem kbir, anke dak finanzjarju, biex il-klabb seta jkompli miexi u flimkien waslu biex jaraw lill-klabb jerga jibda jikber. Lil Joe Penza kont dejjem issibu jassisti lis-Saints anke f’dawk il-mumenti ferm difficli.

Is-sehem u l-involviment tieghu fl-klabb wassal ukoll biex iz-zewg uliedu, Chris u Randolph, spiccaw jilghabu l-loghba u huma membri involuti sew fil-klabb. Fil-fatt Chris hu membru fil-kumitat u jilghab fit-tim tal-Futsal tal-Luqa St. Andrew's F.C. filwaqt li Randolph hu player importanti fit-tim tal-kbar.

Joe Borg & Joe Penza Memorial Cup

Sfortunatament Joe halliena f’eta zghira ta’ 55 sena fl-4 ta’ April, 2005. Joe jibqa mfakkar ghal hidma u l-bzulija tieghu fir-rahal ta’ Hal-Luqa, b’mod partikolari ghal dak li ghamel b’risq Luqa St. Andrew's F.C. Xi snin ilu kienet ukoll saret tazza bhala memorja ta' Joe Penza u Joe Borg, membru iehor li miet u li kien jaghti sehem kbir fil-klabb taghna.

 

Tony Fenech