Luqa St. Andrew's Football Club

Il-flokk tal-klabb fl-Argentina

Fidel Anselmito Voglino juri l-flokk ta' Luqa St. Andrew's F.C. fuq ix-xatt ta' Mar de Plata fl-Argentina

 

Minn meta kienet introdotta l-website il-gdida, ftit aktar minn sena ilu, aktar persuni saru jafu bil-klabb taghna, mhux biss hawn Malta izda wkoll madwar id-dinja kollha. Ircevejna diversi messaggi ta’ awguri specjalment mill-Awstralja u r-Renju Unit fejn ukoll kellna zjara minn delegazzjoni ta’ tim Skocciz St. Andrews United F.C.. Mir-rekords tal-website jidher li ghandna vizitaturi regolari minn diversi pajjizi ewropej li javarjaw mill-Italja, ir-Russja, Slovakkia, Belgju u l-Germanja. Barra mill-Ewropa insibu pajjizi bhal Argentina u l-Brazil.

 

Messagg partikolari wasal mill-Argentina fejn persuna ssiehbet fil-website taghna bhala membru u talbitna nibghatulha flokk tal-klabb taghna. Fidel Anselmito Voglino jghix f’Mar de Plata fl-Argentina u meta ghamel kuntatt maghna qalilna li hu jikkolezzjona flokkijiet tal-futbol bl-istrixxi homor u suwed. Hu beda din il-kolezzjoni madwar tliet snin ilu u llum ghandu aktar minn 90 flokk minn madwar id-dinja kollha.

 

Fidel qalilna li hu jissapportja t-tim ta’ San Lorenzo ta’ Mar de Plata u dawn ghandhom l-istess kuluri bhat-tim taghna. Hu juza din il-kollezzjoni ghall-skopta’ karita’ billi jaghmel esebizzjonijiet taghhom u hekk jigbor ikel li jaghtih lil players zghar li jkunu foqra.

 

Il-klabb taghna baghat wiehed mill-flokkijiet tat-tim taghna biex hekk ikun l-ewwel flokk Malti fil-kollezzjoni ta’ Fidel. Min-naha tieghu Fidel baghtilna flokk tal-Boca Juniors bhala rikonoxximent tal-gest mill-klabb taghna. Ta’ min jghid li minkejja li hu pprova jikseb flokk tal-Hamrun Spartans u ta’ Attard F.C., li t-tnejn ghandhom l-istess kuluri tat-tim taghna, s’issa ghad ma rnexxielux u hu ta’ unur ghall-klabb taghna li laqa’ t-talba ta’ Fidel biex ikompli jkabbar il-kollezzjoni tieghu. Min-naha taghna se nippruvaw nghinuh ukoll biex jikseb il-flokkijiet taz-zewg timijiiet Maltin l-ohra.

 

J’Alla din il-hbiberija permezz tal-futbol tibqa ghal dejjem.

 

Bienvenido a nuestro club!   Merhba fil-klabb taghna!

 

Fidel Anselmito Voglino juri whud mill-flokkijiet minn madwar id-dinja kollha fil-kollezzjoni tieghu. Issa ghandu wkoll il-flokk ta' Luqa St.Andrew's FC ukoll.

Harsa lejn il-kit tal-klabb

Stili Differenti ta’ Flokkijiet tul is-Snin

minn Tony Fenech

 

Jekk wiehed ihares lejn l-istorja tat-tim isib li tul iz-zmien kien hemm stili differenti però dejjem l-istess kuluri sinonimi mat-tim ta’ Luqa St. Andrew’s F.C.  Issib imbaghad l-uzu tal-kulur isfar jew abjad (bi strixxi rqaq suwed u homor) meta t-tim ikollu juza’ ic-change colour.

 

Tul dawn it-tmienja u sebghin sena ta’ storja nsibu diversi stili ta’ flokkijiet uzati mit-tim Halluqi.  Fl-1934 kien jintuza’ flokk tradizzjonali bi strixxi  vertikali homor u suwed b’shorts iswed.  Wara beda jintuza’ flokk iswed bi strixxa hamra orrizontali u fil-bidu l-plejers kien ikollhom arma fuq is-sider li tindika l-istem tat-tim SA (St. Andrew’s).  Flokk iehor uzat fi snin erbghin kien maqsum nofs bin-nofs b’mod vertikali bl-istess kuluri tradizzjonali.  Wara intuza’ flokk bil-kuluri maqsuma f’erba kaxex, iswed u ahmar fuq, ahmar u iswed isfel. It-tim li rebah ix-Scicluna Cup fl-istagun 1949/50 kien libes flokk iswed bil-kmien homor. Tul il-hamsinijiet baqa jintuza dan l-istess stil ta’ flokk.  Interessanti insibu li l-flokk tal-gowler kellu l-arma SAL (St Andrew’s Luqa).

 

 

Fis-snin sittin, insibu flokk ahmar bil-kmien suwed u dak bi strixxi vertikali homor u suwed.  Fis-sebghinijiet intuza’ flokk ahmar b’zewg strixxi suwed rqaq fuq sider il-plejers. Dehru wkoll diversi stili ta’ flokkijiet dak abjad b’zewg strixxi homor u suwed rqaq nezlin dajagonalment.  Flokk interresanti uzat matul dawn is-snin kien dak ahmar bl-ispallel suwed b’arma li turi s-salib ta’ Sant’Andrija. Dan intuza’ fic-Championship Decider, kontra Gudja United.  Flokkijiet ohra kienu dawk homor bi strixxa wisa vertikali ta’ kulur iswed u iehor ahmar bi strixxa rqiqa nizla dajagonalment.

 

 

Fis-snin tmenin, insibu flokk ahmar bil-kmiem qosra. Fir-rebh tac- Championship Decider intuza l-flokk tradizzjonali ahmar u iswed bi strixxi vertikali u shorts iswed.  Lejn l-ahhar tas-snin tmenin, fil-flokk kien l-istess bhal dak imsemmi però kellu strixxa hamra tul l-ispallejn ghal fuq is-sider.

 

Ta' min isemmi li l-arma prezenti tal-klabb dehret l-ewwel darba fuq il-flokk uzat ghall-finali tan-Knock Out tat-Tieni u t-Tielet Divizjoni kontra Siggiewi fl-1996/97 li kienet intlaghbet fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali. Minkejja dan l-arma ma baqghetx tkun prezenti fuq kull flokk tat-tim fis-snin ta' wara.

 

Flokk interessanti kien dak li beda jintuza’ fis-snin disghin, abjad bi strixxi  zig zag homor u suwed. Mill-2000 'l hawn il-flokk tat-tim zamm id-dehra tradizzjonali bi strixxi homor u suwed filwaqt li l-arma tal-klabb bdiet tidher dejjem fuq il-flokk tat-tim. Il-flokk li se jkun uzat fl-istagun 2012/13 se jkun qed jiehu xi ftit minn flokk li kien jintuza fl-1938 fejn ghall-ewwel darba kien hemm strixxa hamra orizzonatli fuq il-flokk iswed. Nawguraw li din id-dehra gdida ghat-tim iggib maghha loghob ahjar u xi ftit aktar xorti tajba. 

 

Aghfas hawn biex tara aktar ritratti