Luqa St. Andrew's Football Club

Dun Guzepp Micallef 1928 - 1983

Dun Guzepp Micallef iben Andrew u Giovanna mwielda Camilleri twieled Hal Luqa fit-16 ta’ Dicembru, 1928.  Ha l-edukazzjoni tieghu fl-Iskola Primarja ta’  Hal Luqa, fis-Seminarju u fl-Universita ta’ Malta fejn fl-1952 ggradwa fit-Teologija u Licenzjat. Fl-istess sena gie ordnat sacerdot fejn beda jaghti s-servizz tieghu f’Hal Luqa. Wahda mill-inkarigi li kellu fil-parrocca kienet dik ta’ Assistent Ekklezjastiku tal-Azzjoni Kattolika, fergha zghazagh.

Dun Gużepp hadem bhala ghalliem fl-iskejjel statali fejn spicca bhala Kap tad-Dipartiment tal-Matematika.

Jibqa maghruf  ghal  hafna publikazzjonijiet mimlija ricerki li  halla warajh. Fost dawn insibu  Hal Luqa - Niesha u Grajjietha.  Ghal dan il-ktieb ircieva l-premju letterarju, rikonixxament nazzjonali. Wara hareġ l-ktieb Rahal fi Gwerra u iehor bl-isem l-Istorja ta’  Hal Safi biex l-ahhar zewg kotba li lahaq lesta u gew ippubblikati kienu When Malta Stood Alone u The Plague of 1676 – 11,300 Deaths.

Però r-rabta li Dun Guzepp kellu ma'  Hal Luqa zgur li kienet l-imhabba li kellu ghat-tfal u zghazagh Halluqin. Barra l-hidma sacerdotali Dun Guzepp kien juza l- hin u l-energija kollha tieghu ghaz-zghazagh. Kien jigbor numru kbir ta tfal u guvintur fic-Centru Parrokkjali u hemm kont tarah seba t’ijiem fil-gimgha jahdem bla heda  għal gid taghhom. L-Azzjoni Kattolika Guvintur kienet tokkupa parti mic-Centru Parrokkjali u hu qasam din is-sezzjoni f’zewg taqsimiet. Il-parti ta' fuq tintuza mill-kbar filwaqt li t-tfal (aspiranti) kienu jokkupaw il-parti t-isfel. Iz-zewg taqsimiet kienu fornuti b’dak kollu possibbli: billiards, table-tennis, table-soccer u diversi loghob iehor.

  Wiehed mit-timijiet qabel wahda mill-hafna loghob li kien isir fl-ghalqa mac-Centru  Parrokkjali

 

Bil-wieqfa mix-xellug: Paul Psaila, John Spiteri, George Brincat, Paul Muscat, Joe Magri, Andrew Caruana.

Kokka mix-xellug: Godfrey Farrugia, George Ciantar, Charles Scicluna, Frans Cassar (illum mejjet), Joe Costa.

 

Il-grawnd tac-Centru kien jintuza b’mod regolari u l-ghaxqa ta' Dun Guzepp kien li jorganizza kompetizzjonijiet tal-futbol bejn diversi tims ta’ tfal u guvintur. Kemm rajna loghob u kemm  harreg tfal Dun Guzepp. Tant kien bena struttura soda fic-Centru li wara tahditiet mal-Kumitat ta’ St. Andrew's F.C. intlaħaq ftehim biex it-tim tal-Minors jibda jieħu ħsiebu fiċ-Ċentru u jibqa jikkompeti fil-kompetizzjonijiet tal-MFA taht l-isem ta’ St. Andrew's. Nistghu nghidu bla tlaqliq li l-ewwel nursery f’Hal Luqa kienet dik imwaqqfa minn Dun Guzepp Micallef u min hawn hargu numru kbir ta’ plejers li wara ffurmaw it-tim tas-Saints.

Dun Guzepp flimkien ma' Lino Zahra (illum mejjet) u Alfred Farrugia waqt attivita' tal-Luqa St. Andrew's F.C.

Dun Guzepp  kien jemmen li biex tasal u twassal  ghal formazzjoni spiritwali tajba trid l-ewwel tibni l-formazzjoni taz-zghazagh  b’formazzjoni soda u ddixxiplinata. Hu kien qassis energiku, twajjeb, generuz u mahbub minn dawk kollha madwaru. Però kien qassis dixxiplinat u ma kien jiddejjaq xejn iwaqqaf loghob fejn kien jara nuqqas ta’ dixxiplina. L-Azzjoni kienet ic-centru fejn kulhadd kien jattendi u jippartecipa f’dak li jahseb li hu l-ahjar.

Sfortunatament Dun Guzepp Micallef miet fis-27 ta’ Awwissu, 1983 fl-età ta 56 sena. Il-mewt tieghu halliet vojt kbir u n-nuqqas tas-servizzi tieghu nhassu ferm f’dan ir-rahal li tant habb.

 

Bhal rikkonoxximent ghal hidma tieghu b’risq iz-zghazagh il-Kumitat ta’ Luqa St. Andrew's F.C. iddedika s-sala principali tal-kazin lil Dun Guzepp Micallef biex tibqa tifkira dejjiema tax-xoghol li wettaq.

 

Tony Fenech