Luqa St. Andrew's Football Club

Ahbarijiet

Jintemmu l-ewwel tliet gimghat pre-season

Posted on July 29, 2015 at 2:50 AM

L-ewwel tliet gimghat tal-pre-season issa ghaddew u din is-sena kienet wahda partikolari. It-tmexxija tat-tim issa hi f'idejn Eamon Bugeja li se jkun il-coach tat-tim ghas-sentejn li gejjin flimkien mal-assistent tieghu James Muscat.


Il-pre-season din is-sena nbeda b'tahrig li sar fil-kumpless Splash and Fun f'Bahar ic-Caghaq bl-uzu tal-pools biex il-players jibdew bil-kondizjonament tal-muskoli. Grazzi specjali jmur lis-sidien ta' Splash and Fun Park li gentilment offra l-istabiliment tieghu ghal uzu tat-tim taghna.


It-tieni gimgha saret fil-Ground ta' San Vincenz fejn it-tahrig kif dedikat ghall-giri filwaqt li t-tielet gimgha kienet aktar intrensiva fejn it-tahrig tkompla fil-bajja ta' Riviera Martinique f'Ghajn Tuffieha. Dan it-tahrig kien jinvolvi ezercizji fizici fuq ir-ramel kif ukoll fil-bahar. B'kollox saru tliet sessjonijiet fil-kumpless Spalsh and Fun u tliet sessjonijiet ohra f'Ghajn Tuffieha.


Minn din il-gimgha t-tahrig rega rritorna fil-ground ta' San Vincenz qabel ma jibdew sensiela ta' loghbiet ta' hbiberija ma' diversi timijiet biex hekk it-tim ikun fl-ahjar kundizzjoni possibli qabel jibda l-kampjonat.








Categories: None

Post a Comment

Oops!

Oops, you forgot something.

Oops!

The words you entered did not match the given text. Please try again.

You must be a member to comment on this page. Sign In or Register

0 Comments