Luqa St. Andrew's Football Club

Ahbarijiet

Head Coach gdid ghan-Nursery

Posted on May 4, 2016 at 2:20 AM


B’effett minn dan ix-xahar, Johan Micallef hu l-Head Coach il-gdid ta’ Luqa St. Andrew’s FC Youth Nursery. Wara r-rizenja ta’ Kenneth Costantino minn Head Coach fi tmiem l-istagun, il-kumitat hatar lil Johan Micallef bhala l-Head Coach tan-Nursery biex hekk ikun hemm kontinwazzjoni tax-xoghol siewi li kien ghaddej.


Johan Micallef ilu ma' Luqa St. Andrew’s FC ghal dawn l-ahhar seba’ snin fejn ta s-servizzi tieghu fin-Nursery mal-kategoriji U9, U11, U13, U15 u wkoll mat-tim tal-kbar. Ta’ 19-il sena Johan beda il-karriera ta’ coach ma’ Zejtun Corinthians FC meta kien ghadu jistudja l-Universita’. Wara hu ssieheb mal-klabbs ta’ Marsaxlokk FC, Marsa FC u Zabbar St. Patrick’s FC qabel inghaqad ma’ Luqa St. Andrew’s FC.


Apparti li hu Kap tad-Dipartiment tat-Taljan tal-Kullegg Santa Margerita, Johan hu kwalifikat bhala Physical Trainer Level 1 filwaqt li ghadu kemm temm b’success il-kors tal-coaching billi kiseb il-Licenzja UEFA B.


Il-kumitat jixtieq jirringrazzja lil Kenneth Costantino tax-xoghol siewi li wettaq matul is-snin li serva bhala Head Coach tan-Nursery u jawgura lil Johan Micallef kull success f’din il-kariga gdida.

Categories: None

Post a Comment

Oops!

Oops, you forgot something.

Oops!

The words you entered did not match the given text. Please try again.

You must be a member to comment on this page. Sign In or Register

0 Comments