Luqa St. Andrew's Football Club

Ahbarijiet

Hatriet godda fil-istaff tekniku ta' Luqa St. Andrew's FC

Posted on June 30, 2015 at 1:35 AM

Eamon Bugeja - Coach tas-Seniors

James Muscat - Assistant Coach

Kenneth Costantino - Director of Football



Mix-xellug: Kenneth Costantino - Director of Football, Dr. Evan Camilleri - President, Eamon Bugeja -Caoch, James Muscat - Assistant Coach


Luqa St. Andrew’s FC ghadhom kif hatru li Eamon Bugeja bhala l-coach il-gdid li se jkun qed imexxi t-tim tas-Seniors u tal-Minors ghas-sentejn li gejjin. Hu se jkun qed jiehu post Nikolai Slavtchev li matul dan l-ahhar zewg staguni kien qed imexxi t-tim. Il-kumitat jiehu din l-okkazjoni biex jirringrazzja li Slavtchev tas-servizz tieghu mal-klabb kemm bhala player kif ukoll bhala coach u jawguralu kull success ghall-futur.


Eamon Bugeja ilu involut fil-futbol ghal diversi staguni fejn tul il-karriera tieghu kien ma’ Attard FC bhal coach tat-timijiet U15, U17, Minors u Seniors , ma’ Floriana FC kien coach tal-Minors f’Section A u hadem ukoll vicin tal-coach internazzjonali Mark Wright u Stephen Azzopardi, kien ukoll coach tas-Seniors ta’ Santa Lucija FC filwaqt li l-istagun 2014/15 kien ma’ Lija Athletics FC bhala Assistent ta’ Joe Brincat u Coach tal-Minors fejn maghhom rebha Section D u kiseb ukoll il-promozzjoni.


Flimkien ma’ Eamon Bugeja il-klabb ingagga wkoll lil James Muscat bhala Assistant Coach.


Bidla ohra importanti li qed issehh fl-aspett tekniku tal-klabb hi l-hatra ta’ Kenneth Costantino bhala Director of Football. Kenneth Costantino kien il-Head Coach tan-Nursery u fil-kariga gdida tieghu hu se jkun responsabbli li jara li titwettaq strategija teknika ghall-klabb kollu kemm fost it-tfal u z-zghazagh kif ukoll fil-livell ta’ Youths u Seniors. Din l- istrategija se tkun qed toffri lit-tfal u zghazagh li jipprogressaw b'mod naturali sa ma jaslu ghall-livell ta' Youths u eventwalment jiddebuttaw mas-Seniors. Hekk tkun eliminata l-qasma bejn l-akkademja u t-tim tas-Seniors. Kenneth Costantino se jkun qed isegwi wkoll mill-qrib il-coaching kollu tal-Luqa St. Andrew’s FC Youth Academy kif ukoll izomm kuntatt kontinwu mal-Coach Eamon Bugeja u t-tim tas-Seniors.


F’kumment li ta l-President il-gdid tal-Luqa St. Andrew’s FC, Dr. Evan Camilleri qal li l-klabb qed ihares b’ottimizmu lejn il-futur. Wara snin ta’ progress fejn il-klabb kiseb infrastruttura u facilitajiet eccellenti fejn qed irawwem it-tfal u z-zghazagh, issa jmiss li l-generazzjoni ta’ players mill-lokal jinghatalhom ic-cans li jkunu parti mit-tim tas-Seniors u b’coaches professjonali naraw li jitjieb il-livell ta’ futbol biex finalment jasal is-success mixtieq ghall-klabb kollu. It-tibdil fl-istaff tekniku u l-istrategija gdida li se tibda tithaddem ghandha twassal biex il-klabb kollu jaghmel qabza fil-kwalita’.

Categories: None

Post a Comment

Oops!

Oops, you forgot something.

Oops!

The words you entered did not match the given text. Please try again.

You must be a member to comment on this page. Sign In or Register

0 Comments