Luqa St. Andrew's Football Club

Ahbarijiet

President gdid ghall-Luqa St. Andrew's FC

Posted on June 9, 2015 at 5:05 PM


Wara l-ahhar Laqgha Generali Annwali li saret aktar kmieni dan ix-xahar, Luqa St. Andrew’s FC ghandhom President gdid. Dr. Evan Camilleri, li ghal diversi snin kien ic-Chairman tal-Luqa St. Andrew’s FC Youth Nursery, se jkun qed ikompli jmexxi l-klabb wara n-Nutar Lino Martinelli.




In-Nutar Lino Martinelli kien ilu fil-kariga ta’ President ghal dawn l-ahhar 13-il sena u din is-sena ddecieda li ma jikkontestax il-kariga ta’ President izda jibqa membru fil-kumitat. Tul is-snin li n-Nutar Martinelli kien President, il-klabb mexxa ‘l quddiem. Bil-ghajnuna ta’ diversi membri tal-kumitat sar tisbieh tas-sala principali tal-klabb filwaqt li kienu pubblikati diversi kotba fosthom dak tal-istorja tal-klabb miktub minn Anthony Fenech. Fl-istess snin kienu imnedija wkoll il-website ufficjali tal-klabb. Progetti important kienu l-kisba tal-facilitajiet ghat-tahrig; l-ewwel bi ground zghir fl-iskola, aktar tard il-Complex u football pitch kif ukoll ground akbar u facilitajiet fil-Kumpless ta’ San Vincenz de Paule. Bhala successi fil-loghba tal-futbol f’dan iz-zmien it-tim kiseb il-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni fl-istagun 2010/11.


Filwaqt li l-Kumitat jirringrazzja lin-Nutar Martinelli tas-servizz twil u dedikat li ta lill-klabb, jawgura wkoll kull success lil Dr. Evan Camilleri fil-kariga l-gdida biex bil-hidma tieghu ikun jista jmexxi l-klabb ‘l quddiem.

 

Categories: None

Post a Comment

Oops!

Oops, you forgot something.

Oops!

The words you entered did not match the given text. Please try again.

You must be a member to comment on this page. Sign In or Register

0 Comments