Luqa St. Andrew's Football Club

Ahbarijiet


view:  full / summary

Jibda l-pre-season training

Posted on July 7, 2015 at 4:20 PM Comments comments (0)



Illum beda l-pre-season training ghat-timijiet tal-Youths u s-Senior taht it-tmexxija tal-Coach il-gdid Eamon Bugeja flimkien mal-assistent tieghu James Musact. Segwa wkoll mill-qrib l-ewwel tahrig id-Director of Football Kenneth Costantino.


L-iskwadra ta' players ghamlet tahrig fil-pixxini ta' dan il-kumpless li kien jinkludi diversi ezercizji fizici u ohrajn biex ikun hemm team building u rilassament. Dan it-tahrig se jitkompla fuq jumejn ohra fl-istess facilita' u rigrazzjament specjali jmur ghall-iSplash & Fun Park li ospita lit-tim.


Hatriet godda fil-istaff tekniku ta' Luqa St. Andrew's FC

Posted on June 30, 2015 at 1:35 AM Comments comments (0)

Eamon Bugeja - Coach tas-Seniors

James Muscat - Assistant Coach

Kenneth Costantino - Director of Football



Mix-xellug: Kenneth Costantino - Director of Football, Dr. Evan Camilleri - President, Eamon Bugeja -Caoch, James Muscat - Assistant Coach


Luqa St. Andrew’s FC ghadhom kif hatru li Eamon Bugeja bhala l-coach il-gdid li se jkun qed imexxi t-tim tas-Seniors u tal-Minors ghas-sentejn li gejjin. Hu se jkun qed jiehu post Nikolai Slavtchev li matul dan l-ahhar zewg staguni kien qed imexxi t-tim. Il-kumitat jiehu din l-okkazjoni biex jirringrazzja li Slavtchev tas-servizz tieghu mal-klabb kemm bhala player kif ukoll bhala coach u jawguralu kull success ghall-futur.


Eamon Bugeja ilu involut fil-futbol ghal diversi staguni fejn tul il-karriera tieghu kien ma’ Attard FC bhal coach tat-timijiet U15, U17, Minors u Seniors , ma’ Floriana FC kien coach tal-Minors f’Section A u hadem ukoll vicin tal-coach internazzjonali Mark Wright u Stephen Azzopardi, kien ukoll coach tas-Seniors ta’ Santa Lucija FC filwaqt li l-istagun 2014/15 kien ma’ Lija Athletics FC bhala Assistent ta’ Joe Brincat u Coach tal-Minors fejn maghhom rebha Section D u kiseb ukoll il-promozzjoni.


Flimkien ma’ Eamon Bugeja il-klabb ingagga wkoll lil James Muscat bhala Assistant Coach.


Bidla ohra importanti li qed issehh fl-aspett tekniku tal-klabb hi l-hatra ta’ Kenneth Costantino bhala Director of Football. Kenneth Costantino kien il-Head Coach tan-Nursery u fil-kariga gdida tieghu hu se jkun responsabbli li jara li titwettaq strategija teknika ghall-klabb kollu kemm fost it-tfal u z-zghazagh kif ukoll fil-livell ta’ Youths u Seniors. Din l- istrategija se tkun qed toffri lit-tfal u zghazagh li jipprogressaw b'mod naturali sa ma jaslu ghall-livell ta' Youths u eventwalment jiddebuttaw mas-Seniors. Hekk tkun eliminata l-qasma bejn l-akkademja u t-tim tas-Seniors. Kenneth Costantino se jkun qed isegwi wkoll mill-qrib il-coaching kollu tal-Luqa St. Andrew’s FC Youth Academy kif ukoll izomm kuntatt kontinwu mal-Coach Eamon Bugeja u t-tim tas-Seniors.


F’kumment li ta l-President il-gdid tal-Luqa St. Andrew’s FC, Dr. Evan Camilleri qal li l-klabb qed ihares b’ottimizmu lejn il-futur. Wara snin ta’ progress fejn il-klabb kiseb infrastruttura u facilitajiet eccellenti fejn qed irawwem it-tfal u z-zghazagh, issa jmiss li l-generazzjoni ta’ players mill-lokal jinghatalhom ic-cans li jkunu parti mit-tim tas-Seniors u b’coaches professjonali naraw li jitjieb il-livell ta’ futbol biex finalment jasal is-success mixtieq ghall-klabb kollu. It-tibdil fl-istaff tekniku u l-istrategija gdida li se tibda tithaddem ghandha twassal biex il-klabb kollu jaghmel qabza fil-kwalita’.

Chairman gdid ghan-Nursery

Posted on June 15, 2015 at 8:30 AM Comments comments (0)



Wara l-hatra ta' Dr. Evan Camilleri bhala President tal-Luqa St. Andrew's FC, il-Kumitat ihabbar il-hatra ta' Joseph Grima bhala c-Chairman il-gdid tan-Nursery.

 

Ghal dawn l-ahhar erba snin hu kien membru fil-Kumitat tan-Nursery u wkoll hu l-webmaster tal-website tal-klabb www.luqastandrewsfc.org. Joseph Grima hadem ukoll f'diversi ghaqdiet kemm f'Hal Luqa kif ukoll fuq livell nazzjonali.

 

Nawgurawlu kull success fil-hidma gdid tieghu.

President gdid ghall-Luqa St. Andrew's FC

Posted on June 9, 2015 at 5:05 PM Comments comments (0)


Wara l-ahhar Laqgha Generali Annwali li saret aktar kmieni dan ix-xahar, Luqa St. Andrew’s FC ghandhom President gdid. Dr. Evan Camilleri, li ghal diversi snin kien ic-Chairman tal-Luqa St. Andrew’s FC Youth Nursery, se jkun qed ikompli jmexxi l-klabb wara n-Nutar Lino Martinelli.




In-Nutar Lino Martinelli kien ilu fil-kariga ta’ President ghal dawn l-ahhar 13-il sena u din is-sena ddecieda li ma jikkontestax il-kariga ta’ President izda jibqa membru fil-kumitat. Tul is-snin li n-Nutar Martinelli kien President, il-klabb mexxa ‘l quddiem. Bil-ghajnuna ta’ diversi membri tal-kumitat sar tisbieh tas-sala principali tal-klabb filwaqt li kienu pubblikati diversi kotba fosthom dak tal-istorja tal-klabb miktub minn Anthony Fenech. Fl-istess snin kienu imnedija wkoll il-website ufficjali tal-klabb. Progetti important kienu l-kisba tal-facilitajiet ghat-tahrig; l-ewwel bi ground zghir fl-iskola, aktar tard il-Complex u football pitch kif ukoll ground akbar u facilitajiet fil-Kumpless ta’ San Vincenz de Paule. Bhala successi fil-loghba tal-futbol f’dan iz-zmien it-tim kiseb il-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni fl-istagun 2010/11.


Filwaqt li l-Kumitat jirringrazzja lin-Nutar Martinelli tas-servizz twil u dedikat li ta lill-klabb, jawgura wkoll kull success lil Dr. Evan Camilleri fil-kariga l-gdida biex bil-hidma tieghu ikun jista jmexxi l-klabb ‘l quddiem.

 

It-Tlieta u Ghoxrin Loghba tal-Kampjonat

Posted on April 23, 2015 at 3:40 PM Comments comments (0)


Luqa St. Andrew's FC vs Mdina Knights FC  1  -  1


Skorja: Justin Cilia

It-tnejn u Ghoxrin loghba tal-Kampjonat

Posted on April 23, 2015 at 3:40 PM Comments comments (0)


Luqa St. Andrew's FC vs Kalkara FC  1  -  0


Skorja: Wayne Busuttil

Il-Wiehed u Ghoxrin Loghba tal-kampjonat

Posted on April 10, 2015 at 2:10 PM Comments comments (0)


Rss_feed