Luqa St. Andrew's Football Club

Ahbarijiet


view:  full / summary

Id-dsatax-il loghba tal-Kampjonat

Posted on March 20, 2015 at 7:30 AM Comments comments (0)


Luqa St. Andrew's FC vs Attard FC  2  -  3


Skurjaw: Gordon Failla, Malcolm Coleiro

It-tmintax-il loghba tal-Kampjonat

Posted on March 13, 2015 at 4:15 PM Comments comments (0)



Luqa St. Andrew's FC vs St. Venera FC  0  -  1

Rebha importanti ghall-Minors

Posted on March 4, 2015 at 4:40 AM Comments comments (0)


Luqa St. Andrew's FC U19 vs Lija Athletics U19  4  -  1


F'loghba kumbattuta kontra Lija Athletics, li jinsabu fir-ras tal-klassifika, ir-Reds kisbu rebha importanti ta' 4 - 1 biex telghu fit-tieni post tal-klassifika u hekk iqawwu t-tamiet li tinkiseb il-promozzjoni ghal Section C.


Fl-ewwel taqsima r-Reds qasmu l-loghob mal-avversarji b'ahjar cansijiet jigu ghand Luqa. Kontra x-xejra tal-loghob Lija minn corner marru fil-vantagg minuti qabel intemmet l-ewwel taqsima. Lija  urew l-ahjar loghob taghhom wara dan il-goal sa tmiem it-taqsima.


Fit-tieni taqsima Luqa hargu b'determinazzjoni li jiksbu xi haga minn din il-loghba u l-isforzi taghhom kienu ippremjati meta minn freekick fil-kaxxa l-kbira Wayne Busuttil kiseb id-draw b'xutt qawwi li ma ta l-ebda cans lil keeper ta' Lija li jsalva.


Ir-Reds bdew jiddominaw lill-avversarji tant li minn freekick iehor barra l-kaxxa l-kbira Ian Muscat skorja gmiel ta' goal biex Luqa marru fil-vantagg. B'support numeruz warajhom ir-Reds bdew aktar jemmnu u b'attakk wara l-iehor Lydon Sciberras sab ix-xibka b'lob perfett li qarraq bil-keeper ta' Lija biex gab l-iskor 3 - 1 favur ir-Reds.


Luqa baqghu jikkontrollaw il-loghba u jamministraw il-vantagg biex finalment Malcolm Coliero b'azzjoni sabiha ghalaq il-loghba fl-ahhar minuti biex il-loghba spiccat 4 - 1 favur ir-Reds.


Prosit lill-coach Nikolai Slavtchev, il-players u supporters...loghba li zgur se tibqa fil-memorja ta' dawk kollha prezenti.

Rizultati mhallta ghar-Reds

Posted on February 26, 2015 at 3:45 PM Comments comments (0)

Fi tmiem il-gimgha impenjattiv fejn tliet timijiet ta'  Luqa St. Andrew's kienu fl-azzjoni fil-kampjonati rispettivi taghhom, ir-Reds kisbu rizultati imhalta..


It-tim tal-U17 tilef kontra Zabbar St. Patricks f'Section C1 bl-iskor ta' 2 - 1 f'loghba li setghu kisbu punt minnha. L-U15 tilfuq wkoll kontra Gozo FC bl-iskor minimu ta' 1 - 0.


Fs-Centenary Stadium is-Seniors kisbu punt kontra Mtarfa f'loghba ohra tal-Kampjonat tat-Tielet Divizjoni li spicca fi draw minghajr goals.


Fit-tliet loghbiet l-oppozizzjoni kienu timijiet li qed jiggieldu biex jirbhu l-kampjonat u ghalhekk ir-rizultati miksub, kollox ma' kollox kienu pozittivi.



Luqa St. Andrew's FC vs Mtarfa FC  0  -  0

Is-sittax-il loghba tal-Kampjonat

Posted on February 20, 2015 at 3:10 PM Comments comments (0)


Luqa St. Andrew's FC vs Mgarr Utd FC    1  -  2


Skorja: Wayne Cuschieri

Il-Minors jirbhu kontra Dingli

Posted on February 18, 2015 at 4:25 PM Comments comments (0)



It-team tal-Minors kiseb 3 punti importanti bir-rebha fuq Dingli Swallows biex telghu fit-tieni post tal-Kampjonat Youths Section D..


Ir-rebha waslet permezz ta' goal minn Lydon Sciberras.It-tim hu mmexxi mill-coach Nikolai Slavtchev.


Prosit u Keep it Up


Ritratt: Kearon Bruno


U15 jiksbu draw kontra Floriana

Posted on February 15, 2015 at 3:10 AM Comments comments (0)

 

U15 kisbu draw ta' 1-1 kontra Floriana. Luqa marru fil-vantagg b'goal ta' Jerkin Muscat kmieni fit-tieni taqsima izda sofrew goal fl-ahhar minuti tal-loghba biex qasmu l-punti ma' Floriana.


Prosit coaches u players.




Draw ghall-U17

Posted on February 14, 2015 at 9:50 AM Comments comments (0)

It-tim tal-U17 kiseb draw ta' 1-1 kontra Mgarr Utd f'loghba valida ghall-Kampjonat U17 Section C1. Mgarr Utd kienu l-ahjar tim fl-ewwel taqsima b'Luqa jwettqu kontra attakki. Mgarr Utd kienu mcahhda mill-vantagg b'saves tajbin ta' Kurt Jenkins fil-lasti ta' Luqa.


Fit-tieni taqsima Mgarr Utd hargu tajjeb u b'nuqqas ta' ftehim fid-diviza ta' Luqa huma approfittaw biex marru fil-vantagg. Luqa dehru xi ftit mahsuda u damu ma dahlu fil-loghba. Lejn l-ahhar minuti tal-lobgha Luqa bdew jilghabu ahjar u kisbu l-goal tad-draw dirett minn free kick perfett ta' Matthew Degiorgio. Luqa bdew jemmnu aktar u fl-ahhar minuti kellhom diversi azzjonijiet li setghu ukoll kisbu r-rebha ghar-Reds.



Ritratt: Joseph Grima


Rss_feed