Luqa St. Andrew's Football Club

Andre' Sammut 1930 - 1976

F’wiehed mill-perjodi twal li t-tim tas-Saints laghab fit-Tielet Divizjoni insibu lis-Sur Andrè Sammut bhala President tal-klabb. Is-Sur Andrè hadem bla head ghal dan il-klabb.  Ta l-ahjar ta’ hajtu biex jara’ lil dan it-tim fost l-aqwa.  Hadem ghal snin twal u kienet hasra li is-Saints tilfu is-servizz tieghu habta u sabta.  Kienet taht it-tmexxija tieghu li l-klabb sab postu fi Triq il-Gdida fejn ghadu jinsab sallum.  Kienu zmienijiiet b’hafna diffikultajiet fosthom dik finanzjarja.  Però s-Sur Andrè dejjem sab mezzi biex johrog lill-klabb minnhom.  Lahaq l-ghan tieghu meta sena qabel miet wassal lit-tim tas-Saints ghal rebh tal-promozzjoni b’rebha fuq it-tim tal-Gudja. 

 

Is-Sur Andrè Sammut twieled fis-6 ta’ Jannar 1930 bin Pietru Pawl Sammut u Rosina neè Cassar fost zewgt ahwa bniet Giuseppina Sammut u Carmelina Borg neè Sammut.   Huwa zzewweg lil Lora neè Costa u kellhom tliet it-tfal Rosita, Roberta Blanco u Dr. Tania Sammut Catania.

 

Ha l-Edukazzjoni Primarja fl-iskola tal-Gvern ta’ Hal Luqa, il-Liceo, u  fl-Universita ta’ Malta fejn iggradwa bhala ghalliem. Kien ghalliem tal-Malti u l-Ingliz gewwa t-Technical Institute f’Rahal Gdid u sussegwentament lahaq Assistent Kap tal-Iskola fejn kien jorganizza ukoll l-attivitajiet kulturali tal-Iskola. Wahda mill-inizzjattivi li ha kien li hajjar l-istudenti jippartecipaw fil-Karnival billi mmotivahom anke jaghmlu karru tal-karnival u dahlu ghal kompetizzjoni. Passatemp li kien ihobb hafna kien is-safar u kien jorganizza kemm giti ghall-iskola u iktar tard ghal rasu.

 

Is-Sur Andrè Sammut minn ta’ età zghira kien jinteressa ruhhu fil-futbol u kien minn ta’ quddiem sabiex ghen u zviluppa t-talenti taz-zghazagh Halluqin. Kien President tal-kazin tal-Futbol, membru attiv fil-Kunsill Amministrattiv tal-MFA u kien ukoll wiehed minn ta’ quddiem nett sabiex habrek fil-Kumitat Civiku ta’ Hal Luqa.  Is-Sur Sammut kien jahdem hafna ghal kazin u ta kontribut kbir u hafna mill-hin tieghu. Il-kazin tant kien ghal qalbu li kien iqatta’ hafna mill-hin u energija tieghu hemmhekk. Kien propju fit-8 t’ April 1976 li bhal lehha ta’ berqa malajr griet l-ahbar mar-rahal li s-Sur Andrè Sammut miet proprju gewwa l-kazin.  Zgur mhux forsi li miet kuntent proprju f’post li kien tant ghal qalbu  u tant stinka biex jara’ lil Hal Luqa fuq quddiem nett fil-futbol Malti.

 

Kien persuna affidabbli hafna, maghruf hafna ghal pariri siewja li kien jaghti u qalbu tad-deheb, miftuh ghal kulhadd u bla pregiduzzju u anke jfittex li jghin lill-persuni emarginati f’kull bzonn li kien ikollhom. Minkejja li ghaddew 35 sena mill-mewt tieghu ghadu jibqa’ jissemma bhala ex-President ta’ dan il-kazin. Fl-2001 il-Kumitat ghogbu jonora lil bintu Dr Tania Sammut Catania bhala President Onorarja. Il-hidma tieghu, kienet u tibqa’ apprezzata ghal qalb nobbli li kellu li kien jaf ihobb u jghin lil kazin kemm fil-bnazzi u kemm fil-maltemp.

 

Nathanael Falzon